Friday, December 27, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident f’Tal-Barrani

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsinhar, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota IQ misjuqa minn mara ta’ 26 sena residenti Ħal Safi, u mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 77 sena residenti Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport