Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident ma’ karozza f’Birkirkara

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tat-8:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Artiġjanat f’Birkirkara

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Kymco X-town misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Gżira u karozza tat-tip VW Scirocco
misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport