Tuesday, December 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Sewwieq tal-mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.15p.m. fi Triq San Anard, ix-Xewkija Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda ANC125 misjuq minn raġel ta’ 73 sena residenti in-Nadur, Għawdex u vettura Peugeot 108 misjuqa minn mara Franċiża ta’ 29 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport