Monday, December 9, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel ta’ 46 sena residenti l-Mellieħa, għall-ħabta tad-9.00am ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl tal-Qliegħa, Mosta.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Imġarr, u mutur Piaggio misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza għal kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport