Raġel iddaħħal l-Isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-07:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal Luqa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 28 sena residenti ż-Żurrieq kien qed isuq mutur Honda. Huwa weġġa’ wara li kien involut f’ħabta ma’ Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Ħal Luqa.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.