Wednesday, December 25, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tad-9:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Birżebbuġa f’Birżebbuġa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Keewayt misjuq minn Ingliż ta’ 57 residenti Birżebbuġa u Mercedes Benz Citaro misjuqa minn Indjan ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar. 

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza sabiex is-sewwieq tal-mutur seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport