Tuesday, December 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Għawdex

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum għall-ħabta tad-9:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ta’ Lambert, ix-Xewkija, Għawdex. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda CRF300LA misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Qala, u karozza Ford Ka li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 47 sena residenti Għajnsielem. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport