Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq 

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-5:30 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku f’Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Keeway City Blade misjuq minn Indjan ta’ 32 sena residenti Ħal Għaxaq u Peugeot 206 misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti Birżebbuġa. 

Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post u ambulanza ħadet ix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport