Monday, December 30, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gudja

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tat-8:00 a.m. tal-lum seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Dawret il-Gudja, il-Gudja.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Talk.mt li kien seħħ impatt bejn vettura Opel Corsa misjuqa minn mara ta’ 36 sena residenti l-Gudja stess, u mutur tal-għamla NIU misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti Wied il-Għajn.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewweiq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport