Friday, December 20, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gżira

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi wara li għall-ħabta tad-9:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ix-Xatt fil-Gżira.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Shansu CP1, misjuq minn raġel ta’ 62 sena residenti tas-Sliema u Renault Zoe, misjuqa minn Olandiż ta’ 21 sena. 

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport