Raġel iddaħħal l-isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9:00 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Vjal il-21 ta’ Settembru, in-Naxxar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn VW Golf misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti San Ġwann u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti s-Swieqi.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.