Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tal-11:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Pompej fir-Rabat Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 62 sena u joqgħod ir-Rabat, Għawdex, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Yamaha, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.