Friday, November 15, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Żagħżugħ iddaħħal l-isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-8:30 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Tiġrija, is-Siġġiewi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħ impatt bejn mutur Jmstar JSD misjuq minn żagħżugħ ta’ 20 sena residenti s-Siġġiewi u van Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ 59 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejin.

Ekonomija

Sport