Raġel iddaħħal l-isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-8:30 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Zejni, is-Swieqi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħ impatt bejn mutur Honda CB misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Ta’ Xbiex u vettura Porsche Macan misjuqa minn raġel ta’ 27 sena li jgħix is-Swieqi.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejin.