Raġel iddaħħal l-isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9:00 p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Andrija, is-Swieqi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn raġel 35 sena residenti Ħal Qormi u vettura Volkswagen misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti Tas-Sliema.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.