Raġel weġġa’ gravi wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tat-8:30 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, ix-Xagħra.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Toyota Yaris misjuqa minn anzjan ta’ 75 sena residenti r-Rabat (Għawdex), u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti s-Sannat.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku sakemm aktar tard seta’ jittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.