Friday, December 20, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fiż-Żebbuġ, Għawdex

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-10:45 p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti x-Xagħra u mutur Kymco MXU misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Qala. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport