Tuesday, November 4, 2025

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Marsaskala

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6.45pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Antnin, Marsaskala.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Hyundai Accent misjuqa minn mara ta’ 74 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 33 sena u jgħix iż-Żejtun.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport