Friday, November 8, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tal-9:45 p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti l-Isla, u mutur tal-għamla Peugeot Tweet misjuq minn Indjan ta’ 33 sena residenti s-Swieqi.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport