Raġel iddaħħal l-isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7:00 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Birkirkara, San Ġiljan.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn vann Citroen Nemo misjuq minn Libjan ta’ 47 sena residenti Tas-Sliema, u mutur Benelli misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti n-Naxxar.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.