Sunday, November 10, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li dalgħodu għall-ħabta tad-08:45 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 23 sena residenti l-Mellieħa weġġa’ meta kien involut f’inċident bil-mutur tiegħu tal-għamla Honda ma’ vettura Toyota CH-R li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 45 sena residenti l-Mosta.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport