Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar stess, kien qed isuq mutur Peugeot Speedfight meta kellu impatt ma’ Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 66 sena residenti in-Naxxar.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-assistenza minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.