Dalgħodu, għall-ħabta tad-9.30am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali, Santa Venera.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota IQ misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti l-Belt Valletta u mutur Pingandayun Ufo misjuq minn raġel ta’ 23 sena residenti San Ġwann.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

