Raġel sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq L-Assedju l-Kbir fil-Furjana.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 22 sena residenti Wied il-Għajn u mutur Junak misjuq minn raġel ta’ 64 sena residenti l-Belt.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-assistenza minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.