Sewwieq ta’ mutur, raġel ta’ 45 sena mill-Mosta, weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari f’wied fix-Xewkija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq tal-Loġġa.
Fuq il-post issejħu membri tal-protezzjoni ċivili li assistew lir-raġel u ambulanza li ħaditu l-isptar t’Għawdex għall-aktar kura.
L-investigazzjonijiet mill-pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni: Sewwieq jaqa’ aktar minn sular bil-mutur b’kollox fix-Xewkija
Sewwieq ta’ mutur li kien flimkien ma’ tnejn oħra jipprattikaw id-delizzju tagħhom ta’ off roading waqa’ aktar minn sular fl-inħawi ta’ fejn hemm l-impjant tal-WasteServ fix-Xewkija.
Is-sewwieq għandu madwar 35 sena.
Jirriżulta li l-vittma hu Malti u tela’ Għawdex jipptrattika dan id-delizzju flimkien ma’ tnejn oħra. Hekk kif waslu wara l-impjant ta’ WasteServ jidher li għaddew minn fuq xi blat jiżloq bil-konsegwenza li waqa’ għal isfel.
Kienu sħabu stess li ċemplu għall-għajnuna u fuq il-post marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u anke infermieri b’ambulanza.
Wara li tella’ minn fejn kien, hu beda jingħata l-ewwel għajnuna, u wara ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.
Għalhekk il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa, jidher li mhux fil-periklu tal-mewt.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

