Friday, November 15, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Vjal ir-Riħan, San Ġwann.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Tesla Model 3 misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Kymco misjuq minn Ungeriż ta’ 25 sena. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li fetħet inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport