Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-6:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-Bypass ta’ Santa Venera.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Sym Symphony misjuq minn raġel ta’ 35 sena minn Bormla u vettura BMW 320 li kienet misjuqa raġel ta’ 35 sena minn Santa Venera.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…