Raġel min-Nepal ta’ 30 sena residenti l-Pietà sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11.00p.m. fi Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Raħal Ġdid.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Peugeot Tweet, misjuq mir-raġel min-Nepal u Ford Focus, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 45 sena.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.