Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10.30p.m. fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Suzuki, misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Baħar, u Mazda Demio, misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti s-Siġġiewi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport