Friday, December 13, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tat-8.15a.m. fi Triq is-Salina, in-Naxxar. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn mutur tal-għamla Hyosung misjuq mill-vittma u Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti l-Fgura. 

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport