Raġel indarab gravi wara li lbieraħ, għal xi n-nofsiegħa kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn raġel ta’ 29 residenti Birkirkara u Yamaha Virago misjuq minn raġel ta’ 36 sena residenti Ħal Qormi.
Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.