Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku fix-Xagħra Għawdex

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-6:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq it-Tiġrija, ix-Xagħra, Għawdex. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti Raħal Ġdid u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 67 sena residenti x-Xagħra Għawdex.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur Honda sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport