Saturday, December 21, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tas-7.30a.m. fi Triq Giuseppi Garibaldi, Raħal il-Ġdid.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Suzuki GSX1300R misjuq minn raġel ta’ 46 sena residenti il-Kalkara u karozza li għadha mhiex magħrufa u li allegattament baqet sejra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport