Tuesday, December 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:00 p.m kien involut f’’inċident tat-traffiku fi Triq in-Naxxar, San Ġwann. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Kia Sportage, misjuqa minn Libjan ta’ 35 sena residenti Tal-Pietà, u mutur Kymco, misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti f’San Ġiljan. 

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jiittieħed l-isptar b’ambulanza għall-kura neċessarja. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport