Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara ħabta f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Renault Captur, misjuqa minn mara ta’ 57 residenti San Pawl il-Baħar u mutur Kymco, misjuq minn Pakistan ta’ 36 sena residenti fl-istess lokalità.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport