Saturday, December 21, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara li tilef il-kontroll fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li għall-ħabta tas-2:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imgħallem fir-Rabat Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Taljan ta’ 27 sena residenti l-Munxar, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur Kymco Agility li kien qiegħed isuq u waqa`. 

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport