Friday, December 27, 2024

Sewwieq ta’ mutur jinqabad għaddej b’137 km/hr! Il-Pulizija b’67 taħrika għal sewqan eċċessiv

Aqra wkoll

Fis-sigħat li għaddew il-Pulizija ħarġu 67 taħrika għal sewqan b’veloċità eċċessiva. L-ogħla veloċità rreġistrata kienet ta’ mutur li inqabad isuq b’137 kilometru fis-siegħa f’żona ta’ 60 kilometru fis-siegħa, fil-bypass tal-Mellieħa. 

Il-kontrolli mill-Pulizija saru fost oħrajn fi Triq Louis Wettinger magħrufa bħala l-Bypass tal-Mellieħa, kif ukoll fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.

Il-Pulizija ħarġu wkoll 11-il taħrika minħabba numru ta’ irregolarijiet differenti. 

Ekonomija

Sport