Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9.15pm, il-Pulizija ġiet infurmatab’inċident tat-traffiku f’Kennedy Drive, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel, li huwa min-Nepal għandu 21 sena u residenti San Pawl il-Baħar, kien sofra xi ġrieħi wara li allegatament, waqt li kien qed isuq mutur Peugeot Tweet, intlaqat minn vettura li baqgħet sejra.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.