Saturday, December 21, 2024

Sewwieq ta’ mutur jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel mill-Filippini ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar sfortunatament tilef ħajtu fl- Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.

Kienu għall-ħabta tal-4:15 p.m xħin il-Pulizija ġiet infurmata permezz ta’ telefonata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq l-Irvellijiet 1958, f’Raħal Ġdid minħabba li kienet seħħet ħabta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Land Rover Discovery, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti Raħal Ġdid, u mutur tal-għamla Honda, li kien qed jinstaq mill-Filippin.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lix-xufier tal- mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid rigward dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport