Saturday, November 23, 2024

Sewwieq ta’ mutur jsofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza wieqfa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 23 sena, residenti San Pawl il-Baħar, kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident f’Birkirkara. 

Illum wara nofsinhar, għall-ħabta tas-1:15 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet kollużżjoni fi Triq Dun Karm, u hemm persuna li sofriet xi ġrieħi. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li mutur tat-tip Royal Enfield misjuq mir-raġel ta’ 23 sena, ħabat ġo vettura tat- tip Vauxhall Insignia li kienet wieqfa fil-ġenb tat-triq minħabba ħsarat. 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Sport