Saturday, November 23, 2024

Sewwieq ta’ mutur jsofri ġrieħi gravi wara li tilef il-kontrol

Aqra wkoll

Raġel ta’ 57 sena residenti Ħaż-Żabbar, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofra f’inċident tat-traffiku.
Kienu għall-ħabta tas-1:45 p.m, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata permezz ta’ telefonata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq it-Tlett Ibliet, f’Bormla
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni il-vittma tilef il-kontroll tal-mutur – Aprilia SR – li kien qed isuq, u waqa’, bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi.
Is-sewwieq ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Hemmhekk, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport