Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imdina Ħal Qormi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Honda CB misjuq minn raġel ta’ 65 sena residenti Birżebbuġa u Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Ħal Qormi.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.