Tuesday, August 26, 2025

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur ilbieraħ filgħaxija kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tat-8.30pm kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa l-Mellieħa.

Jirriżulta li sewwieq ta’ quad bike kellu jieqaf ħdejn il-lights minħabba xi ħsara xi sofra. Karozza li kienet ġejja warajh ipprovat tieqaf biex ma tidħolx fih, iżda mutur li wkoll kien qed jinsaq warajhom ma rnexxilux jieqaf u baqa’ dieħel fil-karozza.

Is-sewwieq tal-karozza Citroen C4 raġel ta’ 36 sena residenti l-Imġarr ma sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li s-sewwieq tal-mutur raġel ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar spiċċa sofra xi ġrieħi.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport