Tuesday, November 11, 2025

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta f’San Pawl il-Baħar 

Aqra wkoll

Aktar kmieni, għall-ħabta tas-1:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 39 sena residenti l-Furjana, li kien qed isuq mutur Honda SH, kellu impatt ma’ mutur BMW ta’ Transport Malta li kien qiegħed jagħlaq parti mit-triq minħabba li kien qed isir tindif ta’ tixrid ta’ żejt fl-istess triq. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport