Monday, September 29, 2025

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tat-8.00am meta l-Pulizija ġew informati li kien seħħ inċident bejn karozza u mutur fi Triq l-Ewropa f’Ħal Luqa.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li karozza tal-għamla MG li kienet misjuqa minn mara ta’ 46 sena residenti Tas-Sliema kellha impatt ma’ mutur tal-għamla Honda.

Is-sewwieq tal-mutur li l-identità tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa ngħata l-għajnuna fuq il-post u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-kundizzjonijiet tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċidenti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport