Saturday, February 21, 2026

Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara li għall-ħabta tat-8:10 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.

Minn stħarriġ illi sar, jirriżulta li seħħ inċident bejn mutur li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Mosta u vann li kien qed jinstaq minn ġuvni ta’ 18 -il sena residenti l-Iklin. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel assistenza meħtieġa lis-sewwieq ta’ mutur, sakemm dan ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport