Raġel ta’ 36 sena residenti l-Għarb kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li għall-ħabta tas-6.40am kien involut f’inċident tat-traffiku.
Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li l-impatt seħħ bejn karozza Nissan u mutur tal-għamla Honda. Il-karozza kienet misjuqa minn raħel ta’ 38 sena residentui San Lawrenza.
L-inċident seħħ fi Triq l-Għarb l-Għasri.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq ittieħed l-isptar għal aktar kura.
Is-sewwieq bħalissa qiegħed jiġi operat.

