Wednesday, June 25, 2025

Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara inċident fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 54 sena mill-Belt ittieħed l-isptar wara ħabta li aktar kmieni kien involut f’inċident tat-traffiku bejn karozza u mutur fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ għall-ħabta fi Triq il-Kappillan Mifsud , fil-Ħamrun stess.

Јirriżulta li l-impatt seħħ beјn karozza li kienet qed tinstaq minn tfajla ta’ 21 sena residenti Ħ’Attard u l-vittma li kien bil-mutur.

Fuq il-post issejħu l-pulizija flimkien ma’ tim mediku u ambulanza.

Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport