Sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.
Kien għall-ħabta tal-3.45 meta l-Pulizija ġew informati li kien seħħ l-inċident fejn għal xi raġuni sewwieq ta’ mutur ta’ 67 sena residenti Ħal Tarxien kellu mpatt ma’ BMWi3 li kienet misjuqa minn mara ta’ 79 sena residenti Tas-Sliema.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei. Il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi.
Il-kundizzjoni tar-raġel s’issa għadha mhix magħrufa.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.