Friday, July 25, 2025

Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara inċident fin-Nadur

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 72 sena residenti n-Nadur jinsab l-Isptar wara li aktar kmieni kien involut f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ għal ħabta tas-12:45 p.m., fi Triq ir-Ramla fin-Nadur.

Jirriżulta li l-inċident seħħ bejn karozza tal-għamla Toyota li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 residenti n-Nadur ukoll u l-vittma li kien qed isuq mutur.  

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħadet lis-sewwieq ta’ mutur l-Isptar. Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport